Magna Mater
Magna Mater
Loranne Vella
Xejn mhu sejjer kif suppost fl-2020. Lanqas f’Malta. Id-dinja kienet donnha waqfet iddur fuq l-assi tagħha u ddeċidiet tagħmel fattiha. Elizabeth għandha biss ħmistax-il sena, kif tista’ tibża’ mill-borra? Minflok, medhija tibbrawżja fuq il-Magna tikteb il-lyrics għad-diska l-ġdida tal-Jitterylemon, tfittex iktar dwar Fay Wray u King Kong, u tiċċettja ma’ Jamie fuq iċ-Chatterbox. U d-dinja ta’ Jamie ddur madwar l-isbejdbord xejn standard li dejjem jiġri fuqha, flimkien mal-isbejders l-oħra, ilesti ruħu għall-isfida kontra l-iskejters tas-Sulfarina li jirrenjaw fil-Glaskuppel ta’ Tal-Qroqq. Jekk tħares sew tinduna li hawnhekk, ukoll, xejn mhu sejjer kif suppost. Mużika: Danjeli Schembri u Justin Galea Qari: Loranne Vella Direzzjoni: Joe Gatt Magna Mater ta' Loranne Vella huwa pubblikazzjoni Merlin Publishers 2011 https://merlinpublishers.com/product/magna-mater/ Malta/Berlin 2020
02+ Intervista 1: Il-Klima
Antonella Axisa titkellem ma' Loranne Vella dwar it-tema tal-klima fil-ktieb tagħha Magna Mater. Intervista: Antonella Axisa Mużika: Danjeli Schembri u Justin Galea Announcer: Sephora Gauci Direzzjoni: Joe Gatt Magna™ Mater ta' Loranne Vella huwa pubblikazzjoni Merlin Publishers 2011 https://merlinpublishers.com/product/magna-mater/ Malta/Berlin 2020
Jan 25, 2020
6 min
02. Borra
Elizabeth miexja r-Rabat, sejra lura d-dar tul toroq miksija borra. It-temperaturi Malta qed ikunu iktar baxxi minn qatt qabel. Minn fuq it-tabla tagħha naraw li Elizabeth għandha identità oħra fuq il-Magna. Jisimha Fay Wray, bħall-attriċi fil-film King Kong mis-seklu ta’ qabel. U hija u taħseb dwar Fay Wray, Elizabeth tikteb storja qasira, il-verżjoni tagħha tal-istorja ta’ King Kong.
Jan 15, 2020
26 min
01. Die Berliner Luft
Elizabeth, waqt lezzjoni tal-Ġermaniż, tinsab mitlufa thewden dwar l-avvenimenti fiċ-Checkpoint ta’ Bornolmer Strasse nhar id-9 ta’ Novembru 1989, f’dik il-lejla - iktar minn 30 sena ilu - meta nfetaħ il-kanċell bejn Berlin tal-Lvant u dik tal-Punent. Fil-ħolma tagħha Elizabeth tara lilha nnifisha qalb il-folla fuq in-naħa tal-Lvant miexja biex tgħaddi san-naħa l-oħra fejn qed jistenniha, bħal dejjem, André.
Jan 12, 2020
14 min